Bil-Filmat: Ara X'Qalu Tal-Komunità Fuq L-Allegazzjonijiet Li Xxandru Lbieraħ Fuq EFG

Fl-ewwel programm tas-sensiela ‘L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa’ immexxi minn Mark Laurence Zammit, intervista lil Antonella Rogers. Antonella hija persuna gay, u omma minħabba li kienet tattendi fil-komunità ta’ talb qalulha li binthia qed tgħix fi dnub. Meta Antonella qabadha kanċer qalulha li dan kastig minn Alla. 

L-istorja kollha tista’ taraha minn hawn: 





Antonella qatt ma kienet fil-komunità, imma ommha kienet. Antonella tgħid li marret fuq il-programm għax kienet imweġġa’ u tul l-intervista dehret emozzjonata. Antonella qalet ukoll li ommha qaltilha li tal-komunità ma jaqblux li din tieħu l-chemo therapy biex tfieq. Antonella llum hi b’saħħitha u fil-programm wasslet messaġġ ċar. 

Biex jirribattu għal dawn l-allegazzjonijiet, it-tim tal-‘Erbgħa Fost Il-Ġimgħa’ bgħatu stedina lil din il-komunità. Iżda dawn irrifjutaw milli jkellmuhom. Madanakollu Mark mar quddiem id-dar tagħhom u staqsiehom il-mistoqsijiet li ried. Dawn kienu t-tweġibiet tagħhom. 



L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fid-8:50pm fuq TVM. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI