Malta SUP Sea Trek huwa sport ġdid f’pajjiżna fejn permezz tal-‘paddling’ jew inkella ‘Stand Up Paddling’ inti tista’ tesplora s-sbuħija tal-kosta Maltija.
F’dan il-filmat li ttella’, jidhru deħlin f’wieħed mill-itwal għerien li hawn fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Interessanti mmens!
Ġaladarba t-temp kien tajjeb u l-baħar kien kalm, kien ideali li jżuruh! Titħajru? Żgur li titpaxxew bil-ġmiel naturali ta’ pajjiżna!
Ritratt: Facebook/ Malta SUP Sea Treks