Bil-Filmat: " Araw ftit…" – Bjorn Jagħtuh Sorpriża Ħelwa Hekk Kif Illum Għalaq 35 Sena!

Illum huwa jum għeluq snin Bjorn Formosa, u għalaq 35 sena! Għall-okkażjoni Bjorn diġà rċieva ħafna messaġġi ta’ awgurju, rigali, kejk u anke filmat b’diversi mumenti mill-passat li jibqgħu memorja sabiħa.

Niċċelebraw sena oħra ta’ ħidma! Sħabi ġabruli ftit filmati ta’ meta ċċelebrajt għeluq snini matul is-snin. Araw ftit…” Bjorn f’post li kiteb aktar tard ilbieraħ u kmieni dalgħodu qal lill-pubbliku dwar l-isbaħ rigal li qatt jista’ jaqla’ – id-donazzjoni għal Dar Bjorn biex tkompli tiprogressa. Tista’ tibgħat ‘Happy Birthday’ bħala sms fuq 5061 9271 għal €11.65 jew donazzjoni ta’  €10 fuq in-numru tal-BOV Mobile Pay 7909 6249

Awguri mill-qalb Bjorn!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI