Ftit minuti ilu fuq il-grupp popolari tiegħu, Christopher il-Kaboċċ ħabbar xi ħaġa li ħadd ma kien qed jistenna. Ommu għamlet għal xi żmien bi problemi ta’ saħħa, għalhekk ma kinitx qed tidher fil-filmati li kien itella’ l-kaboċċ fuq Facebook. Imma issa jidher li ommu kollox sew u ma ndumux ma nerġgħu narawha fil-fares ma’ binha.
Imma Chris ta’ ċajtir li hu ma setax jieqaf miċ-ċajt għalhekk għamel waħda tinkiteb fuqna lkoll. “B’dispjaċir ikolli ngħid li jien mhux vera ħadt sehem f’Got Talent” jgħid Christopher waqt li ommu ħarset lejh tistgħaġeb! “Ma stajtx nagħmel ċajta lil ommi għax kienet ma tiflaħx u minflok għamilta lilkom kollha” jammetti Christopher fil-filmat. Imma allura kif mar jitgħallem għand Gilian? Christopher jgħid li ma din iċ-ċajta biex jagħmilha titwemmen kien ikkuntatja lill-għalliema tal-kant Gillian biex tkun parti mill-komplott. “Taparsi ħa nagħmel lezzjoni tal-kant u hi aċċettat mill-ewwel”.
Imma li hu żgur li dalwaqt naraw il-Kaboċċ fuq ‘Gourmet Challenge’ fejn ser jikkompeti kontra ommu u ħa jsajjar platt carbonara, kif ukoll ser narawhom fuq Sibtek jitkellmu ma’ Ryan. Kaboċċ proset ċajta tajba, nisperaw li tkomplu ssegwu Malta’s Got Talent issa xorta waħda…