Bil-Filmat: “Bħalma Hu Importanti X-Xogħol Tat-Tabib, Avukat, Perit, Huwa Wkoll Importanti Dan Ix-Xogħol” – The Briefcase Man

The Briefcase Man qasam messaġġ ta’ apprezzament lejn ix-xogħol tal-ġbir tal-iskart, wara li kellu l-opportunità jqatta’ ġurnata magħhom u jara mill-qrib ix-xogħol li jagħmlu kuljum.

Fil-messaġġ tiegħu, huwa enfasizza kemm hu żbaljat il-mod kif in-nies jiġġudikaw lill-oħrajn skont ix-xogħol tagħhom. Hu kiteb, “Li tiġġudika lin-nies għax-xogħol tagħhom mhu xejn ħlief riflessjoni tiegħek innifsek.”

Huwa kompla jenfasizza kemm ix-xogħol tal-ġbir tal-iskart huwa essenzjali għas-soċjetà, iżda ħafna drabi ma jingħatax ir-rikonoxximent mistħoqq.

Fil-kliem tiegħu: “Il-ħaddiema li jiġbru l-iskart jagħmlu xogħol immensament importanti li ħafna drabi ma jingħatax l-attenzjoni li jistħoqqlu.”

The Briefcase Man fil-filmat jgħid, “Bħalma hu importanti x-xogħol tat-tabib, avukat, perit, huwa wkoll importanti dan ix-xogħol.”

Il-messaġġ kien wieħed ta’ rispett u apprezzament lejn ħaddiema li spiss jaħdmu fis-skiet, iżda li xogħolhom huwa essenzjali għall-komunità.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI