Bil-Filmat: “Birthday Daqsxejn Differenti U Sorpriża Ħelwa Dalgħodu” – Il-Ministru Chris Bonett

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett li bħalissa jinsab barra minn xtutna, propjament f’Ateni. Chris jaqsam filmat ħelu tas-sorpriża li kellu dalgħodu.

Il-Ministru Bonett jikteb, “Birthday daqsxejn differenti u sorpriża ħelwa dalgħodu hekk kif bħalissa qiegħed f’Ateni nindirizza konferenza importanti dwar il-futur tal-qasam marittimu Ewropew u nipparteċipa f’laqgħat mal-ministri sħabi tal-Greċja u Ċipru, kif ukoll ma’ rappreżentant tal-Gvern Amerikan.”



Hu jkompli jgħid, “Ix-xogħol qatt ma jdejjaqni, però qed inħares ’il quddiem biex iktar tard naqbad it-triq lura lejn Malta u nqatta’ l-aħħar biċċa ta’ jum għeluq snini d-dar mal-familja.”



F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu!

Awguri!



Ritratti:

Facebook / Chris Bonett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI