Waqt Ħadd Għalik waħda mill-parteċipanti kienet Maria D’Amato, il-persuna li rrakkontat l-istorja ta’ kif ġiet salvata Miracle, kelba li meta kienet qed tmut, marret minnufih tmur biex tgħin u tara kif tista’ tgħinha tgħix.h
Fil-fatt tirrakkonta kif l-annimali wkoll jistgħu jsalvaw lil xulxin u jagħtu d-demm lil xulxin biex jgħixu. Għalkemm sfortunatament Miracle ma rnexxilhiex, spiċċa biex inħoloq reġistru ta’ klieb differenti bil-blood count tagħhom. Dan ir-reġistru qed jintuża minn ħafna biex jiġu salvati l-annimali tagħhom u jirreferu għal Maria biex tgħinhom jagħmlu dan.
Xi ħaġa tassew mill-isbaħ meta tisma’ b’dawn is-soluzzjonijiet biex ħajjet l-annimali ma tintilifx!