Illum kienet ġurnata speċjali għall-organizzazzjoni tas-salvataġġ tal-annimali Nature Trust FEE Malta. Claudia, waħda mill-fekruni li kienu salvaw, illum inħelset miċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni u rritornat lura l-baħar!
“Claudia waslet fiċ-ċentru tas-salvataġġ f’Novembru 2019. Kienet belgħet linja b’ganċ tal-pixxispad. Peress li l-ganċ ma setax jitneħħa permezz ta’operazzjoni, kellha tneħħih waħidha. Proċess ta’uġigħ għall-fekruna minkejja l-kura li nagħtu,” ġie miktub fuq il-paġna ta’ Nature Trust fuq Facebook.
“Wara 8 xhur fiċ-ċentru tas-salvataġġ, Claudia kibret u żiedet il-piż! Issa kien imissha li tmur lura l-baħar!” Grazzi lil kull min għen biex din il-fekruna terġa’ tikseb ħajjitha kollha! Awguri lit-tim kollha ta’ Nature Trust FEE Malta.
Facebook/Nature Trust-FEE Malta