Bil-Filmat: "Dak L-Argument Li Qed Tressaq Inti… Huwa Gidba" – L-MP Marlene Farrugia Tispjega Aktar

Ilbieraħ, L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa ddiksuta l-abbozz ta’ liġi li reqet l-MP Marlene Farrugia. Mark ma ddejjaqx jistaqsi mistoqsijiet iebsa, li ħafna hemm barra, speċjalment dawk mill-kamp l-ieħor qed iressqu fl-argumenti tagħhom.

Mark jgħidilha li bl-abbozz ta’ liġi li qed tressaq, wieħed jista’ joqtol it-tarbija sa jum qabel titwieled. L-MP mill-ewwel tgħidlu li dak li qed jgħidu huwa gidba, dan minħabba li fil-liġijiet ta’ Malta hemm biżżejjed salvagwardji li jaraw li dan ma jiġrix. Hi tistqarr li hemm differenza kbira bejn li tiddekriminalizza ma jfissirx li qed tillegalizza.

Hi resqet dan l-abbozz minħabba żewġ prinċipji. Hi tgħid biex mara li ttemm it-tqala ma tkunx taħt theddida li tmur il-ħabs u jekk tabib jissejjaħ sabiex jagħti l-għajnuna lill-persuna li tkun qed tiżvina, dan it-tabib ikun jista’ jagħti l-għajnuna mingħajr ma jaffaċċja konsegwenzi. Dan għaliex tabib jiġi kriminalizzat jekk jagħti l-għajnuna.

Ara parti mill-intervista li kellha fuq il-programm ilbieraħ filgħaxija.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI