Bil-Filmat: Dan Il-Kelb Ħelu Jgħaġġeb Lil Kulħadd B'Dak Li Jagħmel Malli Jtuh Il-Maskra!

F’dawn iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija naħseb waħda mill-aktar kliem li għajjejna nisimgħu hija ‘maskra’!

Tant saret arma importanti għalina meta nafu kemm tipproteġina mill-mard, u tant kull min tara, ikun liebes maskra, li jista’ jkun li anke l-annimali qed jitgħallmu minna lkoll! 

Fil-fatt fuq il-midja soċjali tela’ filmat li rawh u rreaġixxew għalih eluf ta’ nies. F’dan il-filmat tinstema persuna tagħtas u minnufih il-kelb li hemm quddiemha jkun pront jaqbad il-maskra li tawh u jilbisha b’ħeffa liema bħalha. Bosta fil-kummenti stagħġbu bl-intelliġenza ta’ dan il- kelb u kien hemm min saħansitra qal li l-annimali għandhom sens aktar mill-bnedmin u kapaċi jkunu responsabbli d-doppju tagħna. X’taħseb dwar dan?

Araw daqsxejn x’fih!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI