Bil-Filmat – Dan Il-Post Jidher Li Mhux Ser Jibqa' Vojt Hekk – X'Qed Jiġri?

Id-dinja waqfet hekk kif feġġet il-pandemija tal-Covid-19. Dan bla dubju affettwa b’mod tassew kiefer lit-tfal, speċjalment dawk li kienu qed jippjanaw xi safra ġewwa post bħal Disneyland Paris.

Fuq il-midja soċjali ttella’ filmat li juri spettakl u speċjali wara li tħabbar li din l-attrazzjoni magħrufa globalment ser tkun qed terġa’ taċċetta l-viżitaturi. Tibda bl-ewwel kliem tagħha l-President ta’ Disneyland Paris Natasha Rafalski. Tqabbel dan il-post mat-tama u ottimiżmu, anke wara l-maltemp.





Fuq is-sit uffiċjali (aktar informazzjoni HAWN), t-tim iħabbar li ser ikun hemm aktar attenzjoni stretta biex is-saħħa ta’ kull min iżur din l-attrazzjoni u jagħmel użu minn dak kollu li toffri, ikollu saħħtu protetta. Kif mistenni, n-numru ta’ nies li jkunu preżenti ser ikun aktar limitat.

Int x’taħseb dwar din l-aħbar? Kellek xi ħsieb li tmur hemm f’dawn l-aħħar xhur jew fix-xhur li ġejjin?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI