Bil-Filmat: Dan Il-Proponiment Żgur Ħa Jnisslilkom Tbissima

Mhux proponiment li wieħed jistenna li jara… proponiment ġo skola! Dawn iż-żewġ għalliema kienu qed joħorġu flimkien, iżda żammu r-relazzjoni tagħhom mistura mill-istudenti tagħhom.

Iżda jidher li l-għalliem kien sema’ diversi qlajjiet u kulħadd jitkellem minn taħt dwar ir-relazzjoni tagħhom. Ngħiduha kif inhi, ilkoll konna studenti u xi ħaġa hekk żgur li tinżel għasel lil dak li jkun.





Kif tistgħu taraw f’dan il-filmat, l-għalliem malajr jikkonferma l-qlajjiet li bdew iduru dwaru u t-tfajla tiegħu li hi wkoll għalliema fl-istess skola. It-tfal kienu eċitati li din l-aħbar ġiet ikkonfermata u l-għajjat hu prova ċara ta’ dan.

L-azzjoni li ħadd qatt ma kien ħadd qed jistenna kienet dik li segwiet wara li kkonferma l-aħbar. Hu nieżel fuq irkoppa waħda, dar lejn it-tfajla tiegħu u staqsieha biex tkun martu. Inħallukom taraw il-filmat biex tiskopri x’qaltlu!

Facebook / The Epoch Times



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI