Bil-Filmat: Dan Is-Sajf Tista' Torganizza BBQ Li Jrebbħek Premju Tajjeb!

Fuq il-midja soċjali Danusan ħabbru kompetizzjoni ġdida li tirrikjedi l-aqwa BBQ li qatt sar f’Malta. Fil-fatt l-isem tal-kompetizzjoni huwa the MALTA BBQ League, fejn ser jispiċċaw b’rebbieħ/a bl-aqwa BBQ.

Fost ir-regolamenti hemm li l-parteċipanti ma jistgħux ikunu xef, importanti li t-tim ikun magħmul mit-tnejn min-nies, kulħadd irid isajjar fuq l-istess tip ta’ BBQ, u ħa jkun hemm l-istess ammont ta’ ħin biex jippreparaw it-tisjira. Preżenti ħa jkun hemm diversi Master Chefs li jifhmu u kapaċi jiġġudikaw b’mod professjonali l-wirja li ħa jkunu qed jagħtu l-parteċipanti. Meta parteċipanti jgħaddu, se jingħataw ċans li jsajjru aktar minn ħaddieħor.

Min ħa jirbaħ, ser ikun qed jiġi premjat ammont ta’ rigali li jammonta sa 10,000 ewro.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI