L-importanza li nibżgħu għall-ambjent qiegħda kull ma jmur tiġi dejjem aktar emfasizzata. Fortunatament, ħafna huma dawk li huma konxji ta’ kemm għandna napprezzaw dak li għandna madwarna – anke Holly Tanti!
Fil-fatt ftit jiem ilu Holly, springer spaniel ħelwa u brava mmens, għamlet xi ħaġa li forsi ma tantx rajna bħalha qabel u li baqgħet tissemma. Biex ikollna ambjent aktar nadif, Holly ddeċidiet li tagħti sehma fil-famuża #WaveOfChange u tiġbor tlett tipi ta’ plastik mill-baħar Malti.
Fil-filmat miġbud f’Wied Iż-Żurrieq hi tidher b’ħeġġa liema bħalha tinżel fl-ilma tiġbor dak li ssib u ttellgħu magħha. “Din jiena fejn qed inaddaf il-baħar u ngawdieh ukoll! Kulħadd jista’ jagħmel il-parti tiegħu! Anke jien!”. Hi tħeġġeġ lil klieb oħra biex jingħaqdu magħha u jagħmlu l-istess b’risq ambjent aħjar – “morru sal-baħar u iġbru tlett oġġetti li posthom mhuwiex fih”.
View this post on Instagram
Brava Holly! – filmat tassew prezzjuż! Ara daqsxejn kemm verament tħobbu l-baħar u jidher li tgawdieh ta’ spiss!
View this post on Instagram
Instagram/ Holly Tanti