Bil-Filmat: "Din Kienet Ġennata" – Conrad Jidħol F'Għar Ralek | Ara X'Ġara…

Fuq iċ-channel ta’ YouTube tiegħu, Conrad Neil Gatt, ippublika filmat tiegħu jidħol f’Għar Ralek. Għar Ralek hu isem fittizju li ta dan il-fotografu. Conrad għamel kuntatt ma’ Gwida.mt u bgħatilna dan il-filmat li kien ħa fis-7 ta’ Jannar, 2021. 





Fil-filmat, Conrad jisqarr li dik kienet ġennata sħiħa, iżda, “l-aqwa esperjenza li qatt għamel f’ħajtu”. L-għar kien fond ħafna u ebda ritratti ma kienu disponibbli tiegħu fuq l-Internet. It-triq biex jasal sal-entratura kienet diffiċli mmens, imma b’determinazzjoni kbira rnexxielu jsibu. 

Conrad javża biex avventuri bhal dawn jew tagħmilhom ma’ xi ħadd jew inkella tavża lill-membru tal-familja l-ħin u l-post ta’ fejn tkun sejjer. Fl-għar sab diversi graffiti mal-ħajt fosthom xi ħadd kiteb, “Ħanżir, Majjal minn Birkirkara”, “Ċinnu taż-Żejtun”, xi ħadd niżżel ukoll id-data li niżel fl-għar. Conrad sab ukoll għad ta’ friefet il-lejl ħajjin li kienu qedgħin reqdin. 

Xħin wasal fi tmiem l-għar, Conrad prova jara kemm qed tħabbat qalbu għax beda jħossha li ser toħroġ. Meta ċċekja sab li kienet 150bpm li kienet għolja ħafna. Peress li kellu jimxi mbeqq f’ħinijiet minnhom beda jweġġa’ iżda dan kien ir-riżultat:



B’kollox dam sagħtejn u nofs dieħel fl-għar li jestima li huwa fond 100m. L-isem tal-għar ma ġiex żvelat minħabba l-post hu sensittiv ħafna u l-aċċess huwa perikoluż ferm. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI