Doris u Joel minn Doris & Joel’s Kitchen, ilbieraħ kienu mistednin fuq il-programm ‘Serataron’ ta’ Ron Briffa, madanakollu l-koppja għażlu li ma jaċċettawx l-istedina tat-tim tal-produzzjoni. Doris, saret popolari wara li fuq iċ-channel ta’ YouTube, ittella’ b’mod regolari r-riċetti tagħha.
Ir-Ronnies iddedikaw kanzunetta lil Doris, fejn fost il-lirika qalu, “Għażiża Doris, lilek biss ħabbejt, int l-ewwel chef li segwejt…”. Ara l-kanzunetta hawn:
Biss it-tim tal-produzzjoni ħass li xorta għandu jsemmi r-riċetti tagħha fil-programm. Permezz tax-Xiki u Jacqui għamlu kompetizzjoni bejn il-mistiedna. Fit-timijiet kien hemm Ron Briffa ma’ Gaia, u The Clintess mal-Onor. Buttigieg.
Ron appella lin-nies li mhemmx bżonn tgħajjar lil dak li jkun u turi kemm int “bully”, “tajjeb ngħidu aħna nieħdu gost ngħaddu siegħa żmien, m’hemm ebda lok għall-bullying f’dan kollu. Grazzi talli tieħdu gost tidħqu daħka magħna…”.
Serataron jirritorna nhar il-Ġimgħa b’aktar personalitajiet!