Bil-Filmat: Dulluvju Ilma Fi Ftit Ħin – Jekk Għandek Xi Filmat Aqsmu Magħna!

Is-sħab sewdieni mill-ewwel wera li llum għandna nistennew xi ħalba xita b’saħħitha! Ngħiduha kif inhi, kienet ilha previżta u fl-aħħar waslet. Li ħafna kkummentaw kmieni dalgħodu kien kif fi ftit sekondi x-xita bdiet nieżla b’saħħa liema bħalha.



<!– Advert ends in 0 seconds –> Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

It-tim tagħna rċieva filmat partikolari ta’ triq dejqa li fi ftit ħin spiċċat qisha xmara żgħira bl-ilma nieżel minn ġo fiha u kif tistgħu taraw ġarr miegħu ukoll xi boroż taż-żibel li wħud minnhom waqfu ma’ xi karozzi.



Issa li ninsabu viċin ta’ Novembru nibdew nistennew aktar u aktar maltempati bħal dawn. Għandek xi filmat tal-maltemp ta’ dalgħodu? Tiddejaqx tħallih fuq il-midja soċjali tagħna!

Facebook / Caroline Polidano – The Weather Page



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI