Bħalissa ħafna qed jitkellmu fuq il-famuż Malta Got Talent, produzzjoni li ser tkun magħna aktar tard din is-sena.
Hemm min jinsab ħerqan biex jara x’ser joffru l-parteċipanti li ħa jkollna din is-sena, oħrajn forsi qed jippjanaw biex ikunu parti huma stess minn dan l-avveniment kbir. Sibna min anke jsegwi anke ta’ barra minn xtutna u forsi jxerred xi prestazzjoni li laqtitu. Bħal ngħidu aħna din t’hawn taħt! Timmaġinaw xi ħaġa hekk f’ta’ Malta?
Bħalissa l-avviżi dwar din is-sensiela bdew ġmielhom u kif tista’ ssib HAWN hemm anke struzzjonijiet ta’ x’għandek tagħmel jekk tixtieq tapplika. Allura għidulna ftit… x’intom l-aktar ħerqana li taraw? Żfin, kant, maġija. xi żinnijiet li qatt ma rajna…?
Instagram/ malta.gozo