Bil-Filmat: Ħelu Jew Tal-Biża’? – Vidjografu Malti Juri Kreatura Unika Li Qiegħda F’qiegħ Il-Baħar

Bl-ambjent naturali kemxejn limitat f’pajjiża, rari naraw li l-annimali selvaġġi jiffjorixxu fuq l-art. Il-baħar tagħna, madankollu, jikkumpensa ħafna għal dan. Mid-delfini u l-fkieren sal-pixxispad u l-kelb il-baħar, l-ilmijiet Maltin huma dar ta’ kreaturi mill-isbaħ.

Saviour Bonnici, li jiġbed diversi filmati tan-natura huwa konxju tas-sbuħija li għandu x’joffri l-baħar ta’ Malta – u ċ-ċansijiet huma li b’ħarsa ħafifa lejn il-paġna ta’ Instagram tiegħu jikkonvinċik bil-ġmiel li hemm, hemm taħt.

L-aħħar sejba tiegħu hi r-rundunell. Speċi li għandha wħud mill-isbaħ kuluri mżewqin flimkien. Din il-kreatura unika ‘bil-ġwienaħ’ tista’ tikber għal madwar 40ċm fit-tul, ma tagħmilx ħsara anke jekk għall-ewwel tista’ tidher xi ftit tal-biża’.

Din l-ispeċi għandha t-tendenza li toqgħod fuq qiegħ il-baħar fit-tfittxija tal-ikel. Xi wħud innutaw li kien ferm iktar faċli li wieħed jinduna bl-ispeċi ftit tas-snin ilu, filwaqt li oħrajn qalu li jkunu mbeżżgħin jekk qatt jiltaqgħu ma ’tali ħuta waqt li kienu qed jgħumu.

Facebook / Nature







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI