Tard ilbieraħ filgħaxija ħabbarna t-telfa tal-għażiża Emily, Emily li minkejja l-età ċkejkna tagħha, għaqdet ħafna nies u ġibdet is-simpatija ta’ kulħadd. Nirvana kienet dejjem minn tal-ewwel sabiex tħeġġeġ in-nies jitolbu għaċ-ċkejkna Emily u dalgħodu skopriet l-aħbar xejn sabiħa.
Nirvana tgħidilha, “Emily issa qiegħda f’post ħdejn il-Bambin, qalb ħafna fjuri u qalb l-anġli. U nixtieq nirringrazzjakom ta’ kemm domtu titolbu għal dik it-tifla ċkejkna ħabiba tiegħi Emily.” Hi tgħaddi messaġġ ukoll lil ommha Vanessa, “Kuraġġ Vanessa, Kuraġġ.”
Dan il-messaġġ żgur li ħa jkun apprezzat u sabiħ li tara lill-Maltin u Għawdxin juri din s-solidarjetà ma’ Vanessa issa li Emily ħalliet lil din id-dinja. Strieħ fis-sliem Emily.