Bil-Filmat: Esplorazzjoni Tal-Istazzjon Tat-Trażmissjoni Taħt L-Art Ta' Bengħajsa Li Jinsab f'Birżebbuġa!

L-esploraturi Angelo Caruana u Pierre Farrugia fl-aħħar avventura tagħhom marru jesplorawżo na li hi amminstrata mill-Malta Air Traffic Services, kumpanija tal-gvern, il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għall-gżejjer Maltin u l-FIR ta’ Malta.

F’dan il-post instabu diversi partijiet tal-magni mill-kamra tal-ġeneraturi, kamra tat-trażmissjoni, workshops u kamra bil-pompi li kienu jużaw biex itellgħu l-ilma minn bir li għadu mimli bl-ilma u diversi partijiet oħra tal-magni li ilhom hemmhekk għal kważi 81 sena.



fd



Oriġinarjament kien fih ukoll blokk żgħir ta’ akkomodazzjoni għall-ħaddiema ta’ Bengħaisa TX. Kien hemm ukoll Beacon ta’ Frekwenza Medja u diversi tipi ta’ antenni. Il-Komunikazzjoni dwar it-Telegrafija Bla Fili kienet kemm minn Punt sa Punt fuq Medda ta’ Frekwenza Għolja (Mewġa qasira) bejn Malta, ir-Renju Unit, Ċipru, Tripli, Bengażi u Ġibiltà, kif ukoll mill-art għall-ajru b’inġenji tal-ajru fuq medda twila. Għalhekk il-morse, Teletype u wkoll trasmissjonijiet tar-Radju Telefonija ġew trażmessi minn Bengħaisa.



df

Angelo u Pierre irnexxielhom isibu diversi entraturi ukoll taħt l-art, u anke sistemi tad-dawl antiki. 

Angelo Caruana Photography

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI