Ilbieraħ filgħaxija fuq il-programm televiżiv Xarabank, tkellem Fr. Ray permezz ta’ video call. Fr. Ray huwa tabib, qassis u missjunarju li bħalissa qiegħed il-Peru bħala tabib ġo sptar qrib l-Amazon.
Waqt l-intervista, Fr. Ray qal: “Għandna nuqqas kbir ta’ tobba… F’dawn it-tliet xhur mietu 22 tabib. Ħafna minnhom kollegi tiegħi, konna studjajna flimkien.”
Fr. Ray qal ukoll li dan apparti n-numru ta’ infermiera li wkoll tilfu ħajjithom. Fil-Peru għadhom ukoll n-nuqqas kbir ta’ mediċina u lanqas ventilatur wieħed m’għandhom.
Facebook/Xarabank