Mistieden fuq Ara Min Mar kien il-preżentatur Ivan Gaffiero, li wkoll iddedika ħin minn ħajtu għal ħaddieħor u biex ikun t’għajnuna. Fil-bidu tal-programm Ivan jiddeskrivi lilu nnifsu meta kien għadu żgħir, fosthom il-bidliet li għadda minnhom.
Ivan jitkellem fuq xi ħaġa li tant kien jagħmel u li kienet għal qalbu, knisja ġod-dar. Hu kien taparsi jqaddes il-quddies ukoll u apparti minn hekk permezz ta’ għadd ta’ vari, Ivan jirrakkonta kemm kien jagħmel taparsi purċissjoni. Bil-festa b’kollox kien jagħmel, bil-ħoss tal-isparar tan-nar tal-arja eċċetra.
Apparti minn hekk Ivan irrakkonta esperjenza partikolari meta kien saq rota, xi ħaġa li ma tantx kien midħla tagħha. Ivan jirrakkonta kif darba mar biex isuq waħda u jġorr l-ixkejjer. Wara li dam ħafna biex jitla’ sew u jieħu l-qagħda, spiċċa biex waqa’! “F’salt wieħed waqajt, u dak il-ħin bdejt ngħid ‘ksirt idejja!'” Sadanittant bdew jippruvaw jikkonvinċuh li ma kienx kisirha, għax kieku lanqas biss seta’ jċaqlaqha!
Araw aktar stejjer ħelwin minn ta’ Ivan billi tidħol HAWN.