Felix Busuttil kien misteden waqt TVAM, fejn flimkien mal-preżentatriċi Dorianne Mamo, jitkellem dwar ġieħ ir-repubblika li ġie mogħti ftit ilu.
“Kien hemm mumenti kbar din is-sena… jekk għaddejt minn ħafna maltemp, mela eventwalment ikollok ħafna bnazzi… għalkemm m’għandna qatt naqtgħu qalbna… dejjem hemm xaqq ta’ dawl,” jgħid Felix waqt li jibda jsemmi dak li għadda minnu matul l-2025, fosthom mumenti iebsin.
Isemmi lill-għażiża ommu, li din is-sena ħalliet din id-dinja. Jemmen bis-sħiħ li dejjem tkun hemm miegħu f’kull pass li jagħmel.
“Lill-Mamà għamiltilha niċċa d-dar, u nixgħelilha xemgħa, għax naf li l-Mamà tiegħi kienet qaddisa, u meta l-affarijiet imorru ħżiena, mhux nitlob lil San Ġużepp, iżda l-interċezzjoni tal-Mamà. Ngħidilha, ‘Mamà wassalni fejn għandi nasal.'”
Felix ikompli, “Meta rċevejtha, ħassejt kemm xtaq li kien hawn il-Mamà u l-Papà qegħdin ħdejja. Dak l-ewwel ħsieb li ġieni, ‘Kemm nixtieq li l-ġenituri tiegħi qegħdin miegħi.'”
Felix ikompli, “Infatti meta kienet qed twaħħalli l-midalja L-E.T. Il-President, għidtilha, ‘Il-Mamà u l-Papà qegħdin hawn ħdejja.'”
Segwi aktar hawn taħt: