F’filmat fuq il-paġna ta’ Caritas Malta fuq Facebook, Mgr. Victor Grech, li kien id-Direttur tal-organizzazzjoni, ħabbar li se ssir maratona ta’ ġbir ta’ fondi bl-isem ta’ Maratona ta’ Mħabba.

Mgr. Victor Grech jinstema’ jgħid: “Nixtieq minn qalbi f’din l-okkażżjoni nitlob il-poplu Malti u Għawdxi li tagħtu l-għajnuna lill-Caritas biex tkompli tagħti dawn is-servizzi permezz tal-kontribuzzjoni tagħkom. Se nagħmlu maratona fl-14 ta’ Novembru fuq il-mezzi kollha tax-xandir.”
“Naħseb li tkun opportunità kbira għal kull min għandu għall-qalbu dan ix-xogħol li nagħmlu aħna biex jagħti is-sehem tiegħu. Nassigurakom li dak li tagħtu se jerġa’ jiġi lura għandkom. Fil-ħajja kulħadd ikollu bżonn xi għajnuna xi darba f’ħajtu. U aħna lesti biex din l-għajnuna dejjem issibuha.”
Int se tagħti s-sehem tiegħek fl-14 ta’ Novembru?