Bil-Filmat: "Ħfirt Imma Ma Nistax Ninsieha Dik Il-Ġrajja… Meta Nara Xi Filmati Jaqbadni L-Biki" – Ivan Gaffiero

Il-preżentatur Ivan Gaffiero xtaq jaqsam esperjenza kerha ta’ snin ilu li ħalliet il-marka tagħha għal ħajtu kollha. Dan wara li ħa daqqa kbira fil-karriera tiegħu wara li ġie mgħajjar għax-xows tal-immudellar tiegħu li jorganizza għat-tfal.

“Qatt ma ġrat u għada sal-lum, darba biss…”, jgħid Ivan. Dan wara li ġie attakkat waqt trażmissjoni live fuq it-televiżjoni, u saħansitra anke ġie mgħajjar hu u dieħel il-Belt Valletta.

“Ftit wara dak l-istess persuna li għamilli dan kollu, kien kitibli ittra biex jiskuża ruħu. Jien bniedem li naħfer, ħfirt imma ma nistax ninsieha dik il-ġrajja… spiċċajt tliet snin nirreġistra… meta nara xi filmat jaqbadni l-biki ngħid il-verità.”

Ara aktar dwar dak li xtaq jaqsam Ivan:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI