Carmen Gusman, mart il-maħbub Enzo Gusman, titkellem fuq x’kien ġralu eżatt Enzo u kif l-inċident kien wieħed serju li l-paramediċi li ġew fuq il-post mill-ewwel irrealizzaw li l-waqgħa tiegħu kienet għamlet ħsara kbira. Carmen tgħid li bażikament l-inċident ħalla lil Enzo paralizzat għax ma kien iħoss xejn minn għonqu l-isfel.
Hu baqa’ pożittiv u jipprova iżda kien ta’ xejn. Ġie qisu fl-aħħar sena tal-marda tal-ALS b’sempliċiment inċident. Waqgħa qatt ma taf kif tiġik u ta’ Enzo waslet għat-tmiem ta’ ħajtu. B’emozzjoni Carmen tirrakkonta dak li għadda minnu, u x’reazzjoni kellu Enzo meta staqsietu jekk hux kuntent li l-filmat li kienu għaddew lill-kumitat tal-Għanja tal-Poplu, ħa jidher ma’ Malta u Għawdex. Hemm qisu kellu realizzazzjoni tal-qagħda li jinsab fiha!
Carmen titkellem dwar il-karriera tiegħu u l-imħabba tagħhom. Il-memorji tiegħu żgur li se jibqgħu f’qalbha u f’qalb uliedha!