Waqt Kuxjenza li jmiss, jitkellem ukoll l-attur u produttur Brandon Terribile rigward l-atitudni li dak li jkun jikkummenta fuq ħaddieħor dwar iż-żieda fil-piż.
Ħafna nies ma jindunawx kemm se jaffettwaw lil dak li jkun b’li jgħidu, u kif ser iħossu. Brandon isemmi każ komuni meta persuna flok tikkumplimentak għal kif tidher, issemmilek il-piż u d-dehra tiegħek.
“Is-soċjetà daħlitilna dan it-timbru f’moħħna li l-ġisem perfett huwa meta tkun irqiq. Din xi ħaġa li tweġġagħni ħafna. Illum il-ġurnata li nbdilt, forsi tqawwejt xi ftit, iltqajt ma’ nies li flok ‘tidher tajjeb illum’, jgħiduli, ‘Madonna kemm tqawwejt!'”
Segwu aktar dwar dak li tkellem fuqu Brandon waqt il-programm Kuxjenza, nhar is-Sibt li ġej fuq TVM+.