Bil-Filmat: “Għandi 80 Sena U Ngħix Waħdi. Għażilt Li Nqatta' Ħajti F'Dahri Fejn Rabbejt Lil Familti…" – AWLA

Emanuel Micallef huwa anzjan ta’ 80 sena li waqt intervista fuq AWLA, spjega kif wara li tilef lil martu, iddeċieda li jibqa’ jgħix f’darhom, li fiha tant memorji.

Baqa’ jżomm ruħu attiv, iżda qatt ma qagħad lura milli jgħix waħdu – “Għandi 80 sena u ngħix waħdi. Għażilt li nqatta’ ħajti f’dahri fejn rabbejt lil familti u għandi ħafna memorji sbieħ għax għożżejt il-libertà.”

“Jien kif mietet il-mara 4 snin ilu, it-tfal offrewli minn jeddhom biex immur ngħix magħhom… fl-opinjoni tagħhom kienet xi ħaġa sabiħa, iżda għidtilhom, ‘Grazzi xorta waħda, imma nixtieq nibqa’ hawn.'”

Jemmen ħafna li sabiħ li kulħadd ikollu l-libertà tiegħu. “Huma min-naħa tagħhom għandhom familja li jridu jiddedikaw ħinhom għaliha, iktar milli għalija – ma kienx iħossni komdu kieku kelli mmur ngħix magħhom.”

 Emanuel ikompli jgħid li fil-verità mhux waħdu. “Jiena nagħmel l-affarijiet tiegħi kif inqum, nagħmel siegħa pool, immur 3 sigħat id-day centre, nistrieħ siegħa, niekol… filgħaxija immur nieħu kafè, ġieli mat-tifel, ġieli mat-tifla, ġieli mat-tnejn…” 

Segwi aktar HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI