Bil-Filmat: "Għandi Ommi Fl-Ambulanza!" – Ma Titħallhiex Tgħaddi Minħabba Protesta Waqt Li Ommha Ttieħdet L-Isptar

Mara ddisprata ġewwa l-Ingilterra titlob lil grupp ta’ dimostranti tal-Insulate Britain wara li dalgħodu mblukkaw il-Blackwall Tunnel minħabba protesta. Ix-xufiera dehret inkwetata u ppanikkjata waqt li baqgħet titlob lill-persuni tal-protesta jħalluha tgħaddi biex tkun tista’ tasal l-isptar, ħdejn ommha ta’ 81 sena li kienet qed tittieħed l-isptar f’ambulanza.

“Aħna lkoll nemmnu f’dak li qed tagħmlu imma verament għandi bżonn li nasal ħdejn ommi.” tgħidilhom. “Kif tistgħu tkunu daqshekk egoisti?” Il-mara f’disperament qalet dan wara li l-persuni li qed jipprotestaw jirrifjutaw li jħalluha tgħaddi.

Is-sit LBC irrapporta li l-mara minn dak il-ħin l’hawn tħalliet tgħaddi biex tingħaqad ma’ ommha l-isptar. Ara aktar fil-filmat HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI