Lil Alisa Pavia nafuha bħala l-preżentatriċi tal-programm lokali X’Sar Minnhom? u wkoll nafuha għal parti tagħha ta’ Flaminja fis-sensiela popolari L-Għarusa. Ilbieraħ, Alisa xeħtet filmat qasir tar-reazzjoni tagħha hekk kif l-għarus tagħha, Andreas proponielha biex tkun martu.
View this post on Instagram
Alisa kitbet, “Għadni ma nistax nemmen li ġrat.” Ir-reazzjoni tar-raġel futur tagħha nisslitilna tbissima fuq wiċċna, “Mhux ċert kif tippjana tieġ, li naf hu li rrid inqatta’ l-kumplament ta’ ħajti ħdejn din il-bniedma tal-għaġeb. Qaltli, IVA! Kemm jien xortija tajba?”
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nifirħu lil Alisa u lil Andreas. Nawgurawlhom li jkollhom futur hieni flimkien mimli b’dak kollu li tixtieq qalbhom. Awguri mill-qalb.