Bil-Filmat: “Grat U Onorat Li Ġejt Mal-Aqwa Ħamsa Għall-Ewwel Darba F’Ħajti…” – Mark Anthony Bartolo

Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo, finalist għat-tieni darba fil-Malta Eurovision, qasam messaġġ mill-qalb biex jesprimi kemm hu grat lejn l-appoġġ li għadu kif irċievi matul dawn l-aħħar ġimgħat.

Mark jgħid, “Grat u onorat li ġejt mal-aqwa ħamsa għall-ewwel darba f’ħajti… kuntent ħafna… Urejtuni li għandi nemmen fiha nnifsi aktar. Naqra emozzjonat ħa nkun onest, tfisser ħafna għalija.”



Apparti minn hekk jifraħ lill-artisti l-oħra fosthom lil Aidan u Matt Blxck li ġew fuq quddiem. Jawgura lil Aidan wara r-rebħa tal-bieraħ.



Mark anke jikteb, “Ninsab kuntent li ġejt fir-raba’ post fil-Finali tal-MESC 2026. Kburi li wasalt s’hawn. Kienet triq twila biex wasalt hawn. Ir-riżultat wera dan. Naturalment naf li l-mużika tiegħi mhux se togħġob lil kulħadd. Madankollu, dik hija s-sbuħija tal-mużika.”

Awguri minn qalbna Mark!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI