Jidher li l-UPE u l-Minsiteru ltaqgħu kmieni llum sabiex jaraw jilħqux ftehim. Il-UPE kienet titlob sabiex jingħaqlu l-iskejjel u t-tagħlim jimxi għall-lezzjonijiet online, iżda jidher li dawn id-diskussjonijiet fallew.
Il-UPE qed isegwi dak li qed jiġri barra minn xtutna sabiex jaraw il-pass li jmiss. Huma jistqarru li sa issa għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim. L-ultimatum tagħhom jiskadu llum f’nofs il-lejl! Huma jgħidu li lesti li jkomplu d-diskussjonijiet.
Il-Unjoni tgħid li jekk sal-lejla ma jisimgħux mill-Ministeru jew il-Gvern Ċentrali, huma ħa jkunu qed jieħdu l-passi meħtieġa biex tieħu ħsieb is-saħħa tal-ħaddiema tagħha. Huma jgħidu li lesti li jmorru saħansitra fuq strajk.
Huma jridu jieħdu ħsieb is-saħħa tal-edukaturi u wkoll tal-istudenti! Segwi l-filmat HAWN.
Facebook / Edukazzjoni