Tibda l-quddies tal-Professur Oliver Friggieri. Il-kant kollu waqt din il-quddies ħa jkunu kollha innijiet li nkitbu mill-istess Professur Oliver Friggieri. Jiċċelebra din il-quddies ħa jkun l-Arċisqof Charles J. Scicluna u ħa jkollu l-għajnuna wkoll ta’ Fr. Herber Friggieri ukoll, li jiġu ħu l-Professur Friggieri.
B’kollox hemm 20 ċelebrant avolja kienu bosta li xtaqu jkunu parti minn din iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ dan il-personaġġ Malti li ħalla warajh wirt li ma jintemm qatt! Wirt li ħafna studjaw u minn jaf kemm nies aktar għad irridu jistudjaw.