Fuq il-midja soċjali qed idur mal-erbat irjieħ filmat li juri ajurplan jeħel taħt pont ġewwa Delhi. Fuq Twitter xi ġurnalisti ppubblikaw stqarrija li għamlet il-kumpanija Air India fejn sostniet li ma kellha ebda konnessjoni ma’ dak l-ajruplan.
BBC rrappurtaw kif din l-istqarrija tgħid, “L-Air India ma għandha l-ebda konnessjoni mal-ajurplan taħt l-ebda ċirkostanza.” Uffiċjali tal-ajruport ta’ Delhi qalu lill-gazzetta Times of India li “l-ajruplan ċertament ma jappartjenix għall-flotta tal-ajruport ta’ Delhi,” u li “s-sewwieq jidher li għamel żball waqt li kien fil-vjaġġ fl-ajru.”
Hekk kif il-filmat qed idur fuq il-midja soċjali, xi wħud ikkummentaw u qalu li l-ajruplan kien ilu mwaħħal taħt il-pont għal ftit jiem issa.
#WATCH An @airindiain plane ✈️ (not in service) got stuck under foot over bridge. Can anyone confirm the date and location?
The competition starts now👇 pic.twitter.com/pukB0VmsW3— Ashoke Raj (@Ashoke_Raj) October 3, 2021