Bil-Filmat: Il-Kantant Ta' Red Electrick Joe Roscoe Bi Sfida Differenti Mis-Soltu

Joe Roscoe mhux wiċċ ġdid żgur għal dawk li jsegwu x-xena tal-mużika lokali. Ilu fix-xena lokali żmien u f’dawn l-aħħar snin rajnieh jingħaqad mal-band ċelebri lokali Red Electrick. Hu kien wieħed mill-kompożituri tas-silta Chasing Sunsets, kantata minn Chanel Monseigneur li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision tal-2020.





Iżda din id-darba, Joe ħa jkollu sfida kemxejn differenti mis-soltu. Issoltu naraw bil-kitarra jinterpreta l-kanzunetti tal-band u jagħti spettaklu lil dawk kollha li jkunu qed isegwi iżda għada l-kantant ħa jkun qed jipprova l-isfida ta’ Malta Gladiator Trial. Tgħid ħa jirniexxielu jikkwalifika għall-fażi li jmiss?



Facebook / Joe Roscoe

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI