Bil-Filmat: Il-Mument Meta Lil Kevin Borg Ħadulu Postu Fuq Il-Palk U Kellu Jinżel!

Il-kantant Kevin Borg għadu kif xeħet filmat meħud qabel il-pandemija ta’ mument partikolari waqt tieġ li kellu, fejn il-mistiedna spiċċaw biex ħadulu postu fuq il-palk biex ikantaw. Kevin kellu jinżel ikompli jkanta minn isfel, u l-mistiedna ħolqu atmosfera kbira ta’ briju u divertiment.

“Jien dejjem nipprova noħloq mumenti maġiċi li nibqa’ niftakar, allura din id-darba ddeċidejt li nibdel il-post mal-udjenza biex ikantaw Xemx“, kiteb Kevin dwar dan il-filmat. Din hi kanzunetta li tqanqal ħafna lill-pubbliku Malti u Għawdxi kull meta jismgħuha. ġifieri tistgħu timmaġinaw kemm ħadu gost biha.





Ċertament li dawn huma mumenti li bħal kull kantant jew kantanta Kevin ser jibqa’ jgħożż! 

View this post on Instagram

A post shared by Kevin Borg (@kevinborg)

Matthew Cutajar – ICam Studios



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI