Gregory kellu aċċident bil-mutur u inzerta li kien għaddej il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela. Gregory irringrazzja lil Prim Ministru tal-għajnuna kollha li tah.
Brian Hansford intervista lil Gregory fil-karozza. “Wara ġurnata xogħol, jien kont sejjer lura d-dar fuq il-mutur. Xħin wasalt fir-roundabout ta’ Ħal-Luqa ġiet vettura u kisret bil-kontra, tajjarni u baqa’ sejjer” jispjega Gregory fil-filmat. Il-mutur tar għal fuq Gregory u spiċċa wiċċu l’isfel. Dak il-ħin b’kumbinazzjoni kien għaddej il-Prim Ministru ta’ Malta.
Gregory jgħid li beda jisma’ l-ilħna u nduna li kien il-Prim Ministru. Il-Prim u xi ħadd ieħor refa’ l-mutur minn fuq Gregory u dawruh filwaqt li staqsewh kif weġġa’. Il-Prim Ministru innifsu ċempel lill-pulizija u l-ambulanza u ġew sabiex jgħinu lil Gregory. Gregory jgħid li m’għandux feriti gravi u baqa’ konxju dejjem.
Il-PM assigura lil Gregory li qabel ma jara kollox f’postu ma kienx ser iħallih, “Urieni kemm hu persuna ta’ integrita kbira u li jgħin lil kulħadd. Nixtieq nirringrazzjah minn qalbi” jgħid Gregory.
Bil-ħila tal-Prim Ministru u ta’ xi ħadd ieħor Gregory jinsab qawwi u sħiħ.