Mill-inqas 13-il persuna nqatlu wara li ċ-ċiklun tropikali Shaheen ħakem partijiet minn Oman u Iran. Kien hemm għargħar mifrux mal-kosta tat-tramuntana tal-Oman hekk kif il-maltempata niżlet nhar il-Ħadd, u ġabet magħha xita qawwija u riħ sa 150km / h (93 mph)
L-awtoritajiet qalu li 369mm (14.5 pulzieri) ilma tax-xita ħakem lil al-Khaboura, fil-majjistral tal-belt kapitali tal-Oman, Muscat, filwaqt li ġew irreġistrati aktar minn 200mm f’Muscat stess. Ir-riħ qawwi taċ-ċiklun Shaheen ikkawża wkoll mewġ sa 10m (32ft) tul il-kosta.
Infrastruttura, inklużi faċilitajiet elettriċi u toroq, kienu wkoll bil-ħsara. Partijiet mill-United Arab Emirates tpoġġew standby hekk kif il-maltempata mxiet lejn il-Lbiċ fuq l-art aktar kmieni llum. L-awtoritajiet qalu lir-residenti ta’ al-Ain biex jevitaw li jitilqu mid-dar ħlief għal emerġenzi.
Facebook/ Hurricane/Typhoon/Cyclone Alerts