Bil-Filmat: Il-Ġurnalist Liam Carter Jiżvela L-Pass Li Jmiss Fil-Karriera Tiegħu Fuq Sibtek

Jekk issegwi l-aħbarijiet ta’ Television Malta mela żgur iltqajt ma’ dan il-ġurnalist grazzjuż. Liam Carter għad għandu biss 24 sena. Intervistat fuq Sibtek, Liam qal li ġieli l-istejjer li jiltaqa’ magħhom, “iħallu effett li tibdel il-perspettiva tiegħek kif tara l-affarijiet”. 

Fuq Sibtek, Liam żvela li bħalissa għaddej b’taħriġ biex issir xandar tal-aħbarijiet. “Il-proċess jinvolvi ħafna taħriġ mhux biss kif tidher imma kif twassal il-messaġġ lin-nies. Forsi minn hawn u ftit xhur oħra tarani naqra l-aħbarijiet” qal Liam lil Ryan ta’ Sibtek. 

Liam nawgurawlek f’dan l-irwoll, aħna nisabu persważi li ser tkun xandar mill-aqwa! Sibtek tas-Sibt li għadda kien l-ewwel programm mis-sensiela l-ġdida, jirritorna s-Sibt li ġej b’aktar stejjer ta’ interess!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI