Il-ġurnalist Liam Carter fl-ewwel programm ta’ Carter Jirrapporta rnexxielu jiltaqa’ bil-moħbi ma’ tfajla li taħdem bħala escort u miegħu tkellmet dwar l-appuntamenti li jkollha għas-sess. It-tfajla ssorprendiet hekk kif qalet li jkollha mal-20 appuntament ta’ dan it-tip f’jum wieħed.
Jidher li bħalissa hi moda li dawn it-tip ta’ appuntamenti jsiru b’mod virtwali, online. Kien hemm żieda sostanzjali ta’ dawn it-tip ta’ appuntamenti online minn meta faqqgħet il-pandemija, skont xi riċerkaturi. Fil-fatt il-programm ikkonferma li hemm ammont ta’ nisa escort li qed isibu rġiel jew nisa, skont il-preferenzi tagħhom, permezz ta’ siti elettroniċi.
L-assistent kummissarju Dennis Theuma responsabbli mill-iskwarda tal-vizzji fil-Korp tal-Pulizija jgħid li dawn it-tip ta’ riċerki mhux faċli hekk kif isibuha daqsxejn diffiċli li jsibu informazzjoni u dettalji dwar dawn it-tip ta’ każijiet.
Carter Jirrapporta qed jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fid-21:00 fuq Television Malta.