Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Emily qed tiġi msebbħa minn grupp ta’ tfal u żgħażagħ li ngħaqdu flimkien biex bit-talent tagħhom jannimaw din iċ-ċelebrazzjoni. Dawn it-tfal u żgħażagħ ilkoll jinsabu taħt id-direzzjoni ta’ Gillian Attard minn La Voix Academy. Magħhom ingħaqdu wkoll il-kantanti Gaia Cauchi u Domenique Azzopardi.
Emily ma jixraqilha xejn isbaħ minn ċelebrazzjoni msebbħa minn tant u tant ilħna sbieħ flimkien. Ilħna ta’ tfal bħalha biex jiċċelebraw il-ħajja tagħha u l-fatt li issa ngħaqdet mal-kbir Ħallieq. Kuraġġ lill-ġenituri, familjari u ħbieb taċ-ċkejkna f’dan il-mument tant delikat għalihom.