Fl-24 ta’ Ġunju niċċelebraw il-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista. Hemm min isejjaħlu l-Milied tas-sajf. Meta l-Ordni kienet f’Malta, il-jum tal-lum kien jum importanti ħafna għall-pajjiżna tant li kienu jindaqqu l-qniepen u kienu jiġu kkonċelebrati bosta quddiesiet ad unur il-padrun tal-Ordni nnifisha.
Tifkira ta’ dan kollu, f’Malta għandna wieħed mill-isbaħ tempji fid-dinja; il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Kien inbena biex jagħti ġieh lil Alla imma wkoll lill-padrun San Ġwann il-Battista.
L-istil Mannerist ta’ barra, jiġifieri sempliċi għall-aħħar bħal donnu huwa l-element ta’ sorpriża għal dawk li jidħlu ġewwa fejn isibu festa ta’ barokk fl-aqwa tiegħu.

Ritratt: Facebook/ St. John’s Co-Cathedral
Tradizzjoni antika kienet il-ħġejjeġ ta’ San Ġwann f’bosta rħula fejn issir ħuġġieġa u kant u daqq folkloristiku. Illum uħud mill-Kunsill Lokali għadhom itellgħu din l-attività sabiħa.
Nieħdu l-okkażżjoni nifirħu lis-sagristan Gowdin Dalli u lis-sagristan novell Mark Ayrton li jieħdu ħsieb jindukraw dan it-tempju maestuż kif ukoll lill-Fondazzjoni tal-Kon Katidral li xogħlha ma jieqafx biex tara li dan il-post jinżamm fl-aqwa tiegħu!
Ritratt: Facebook/ Godwin Dalli