Janica u Luke huma koppja miżżewġa li snin ilu iltaqgħu b’mod virtwali fuq Tinder. L-istorja tagħhom ġiet ippubblikata f’intervista mit-tim ta’ Gadget.
Fl-intervista Janica u Luke jirrakkuntaw x’ġara eżatt mill-bidu nett u kif spiċċaw iltaqgħu b’mod fiżiku u waslu biex iżżewġu. Huma jsostnu li ma jistħux jgħidu li żżewġu bis-saħħa ta’ Tinder, tant hu hekk li t-tema tat-tieġ tagħhom kienet relatata mad-dating App – “It’s a match!”
View this post on Instagram
“Żgur li ma kontx naħseb li ser niżżewweġ minn fuq Tinder”. Il-koppja jirrakkomandaw l-App Tinder u huma tal-fehma li b’mod sigur u b’seba’ għajnejn, hi xi ħaġa ideali li tuża dating apps. Janica tissuġġerixxi li wieħed jitkellem ma’ persuna li ltaqa’ magħha Tinder, anke fuq pjattaformi bħal Facebook u Messenger. “Ma nafx fejn stajna niltaqgħu jewkk mhux fuq Tinder” tgħid Janica!
Minn qalbna nawguraw lil din il-koppja ħelwa futur mimli saħħa u kuntentizza!
Ara aktar fil-filmat HAWN