Il-preżentatur Ivan Gaffiero kien mistieden waqt il-programm Kuxjenza fejn tkellem dwar esperjenza li għalkemm jirrakkuntaha bi tbissima, dakinhar li ġrat beża’ ħafna.
Ivan kien qed jiġbed filmat ġo double decker, u wara 7/8 minuti li waqfet il-vettura, ħares lura u nduna li kien waħdu!
Niżel isfel u għalxejn! “Ħadd ma kien hemm lanqas ix-xufier… immur biex niftaħ il-bieb u kien imsakkar!… nesieni fuq!”
Ivan jgħid li beda anke jipprova jikkomunika man-nies ta’ barra u jħabbat mal-ħġieġa biex jindunaw x’ġaralu, iżda għalxejn!
“Jien iġġennint! Kellu l-buttuni bdejt nagħfas biex forsi tinfetaħli l-bieba, u lanqas infetħet! Bdejt inħabbat lin-nies, kollha jidħku, jien inħabbat u ħadd ma jiftaħli!,” jgħid Ivan.
Segwu aktar nhar is-Sibt li ġej fil-17:30 fuq TVM+