Bil-Filmat: "Inħalliha Tagħmel Kollox… Taf Il-Limitazzjonijiet Tagħha" – Fiorita, Omm Elsie!

Elsie, żgur li għandha post speċjali f’qalb Bjorn, u hi mhux b’inqas. It-tbissima mill-isbaħ u simpatika tagħha żgur li tisraq biha l-qlub ta’ ħafna. Elsie hija tfajla b’diżabilità li toqgħod bieb ma’ bieb ma’ DAR Bjorn u l-eċitament li kellha meta Elsie skopriet li se jkunu ġirien kien wieħed kbir.

Elsie dejjem tara xi skuża ħa ġġib biex tmur iżur lil Bjorn u l-kumplament tar-residenti ta’ DAR Bjorn, kif ukoll lill-kelb DAR. Tant hu għal qalbha Bjorn li hi ssejjaħlu l-għarus tagħha, u Elsie tistqarr li Maria taf eh dwar dan! Il-karattru ferrieħi tagħha żgur li jgħinha tgħix ħajjitha bl-aħjar mod possibbli, minkejja li tesperjenza xi limitazzjonijiet.

Ommha tistqarr li tħalliha tagħmel kollox, iżda t-tifla taf li għandha l-limitazzjonijiet tagħha. Bħal kull omm, il-biża’ u l-inkwiet tagħha hu li jiġri xi ħaġa lilha u ma tkunx tista’ tieħu ħsiebha.





Fiorita tgħid, “Nipprova ma naħsibx, nipprova ngħix ġurnata b’ġurnata għax inkun se niġġenen.” Lil hinn minn dan, Elsie tieħu gost tgħin, saħansitra għamlet ġabra l-iskola tagħha wara li ġabet permess mis-soru.

Hi tibqa’ tħeġġeġ lin-nies biex jgħinu, speċjalment issa li fit-22 ta’ Settembru, DAR Bjorn se tkun qed torganizza l-maratona Sal-Aħħar Nifs, maratona ġbir ta’ fondi biex ikomplu jaħdmu fuq DAR Bjorn Respite.

DAR li se toffri għajnuna lil tant u tant familji li bħalissa qed jieħdu ħsieb lill-għeżież tagħhom fi djarhom u jsibu diffikultà biex jagħmlu ċerti affarijiet, jew sempliċiment biex jgħaddu jumejn ta’ mistrieħ.

Kif tista’ tagħti donazzjoni?

  • Donazzjoni ta’ €25 wieħed jista’ jċempel fuq 5180 2018
  • Donazzjoni ta’ €50 wieħed jista’ jċempel fuq 5190 2075
  • Donazzjoni ta’ €11.65 wieħed jista’ jibgħat messaġġ fuq 5061 9271

Wieħed jista’ jgħaddi donazzjoni ta’ kemm jixtieq permezz tal-BOV Mobile fuq 7909 6249.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI