Għaddew 30 sena minn meta ħalliet din id-dinja l-attriċi bravissima Vitorin Galea li jgħaddu kemm jgħaddu snin tibqa’ magħrufa fix-xena lokali għall-ħiliet impekkabbli tagħha.
Vitorin tiġi wkoll omm l-attriċi bravissima Norma Cristina, wiċċ mill-aktar sinonimu fix-xena lokali. Tista’ tgħid li l-karriera ta’ Vitorin ħadet spinta ‘l quddiem lura fl-1942 meta kellha l-opportunità li tieħu sehem f’operetta wara li attriċi partikolari kienet mardet.
Bla dubju li wieħed mill-iktar karattri li baqgħet assoċjata miegħu kien dak ta’ Karmena Abdilla.
Angele Cristina, in-neputija ta’ Vitorin Galea, ħolqot kontenut tant prezzjuż għal nannitha, fejn preżentat konverżazzjoni li qatt ma saret, imma tixtieq ħafna li esperjenzat.
“Il-film qasir tiegħi ħareġ issa. Jekk kontu tafu lil Vitorin Galea, jekk jogħġobkom aqsmu storja ħelwa magħha fil-kummenti hawn taħt jew ibgħatu email fuq stejjerdwarvitorin@gmail.com – jekk jogħġobkom evitaw milli tiktbu ‘strieħ fis-sliem’ u ejjew inżommu l-memorja tagħha ħajja permezz ta’ memorji sbieħ minflok.”
Araw xi ġmiel ta’ filmat ħolqot Angele! Tifkira mistħoqqa għal Vitorin.