Kien propju bħal-bieraħ tliet snin ilu meta l-mużiċist Adrian Ir-Russu Brincat, magħruf għad-daqq tat-trumbetta, ħabbar li hu u martu saru ġenituri taċ-ċkejken Maximilian.
Bla dubju li dan huwa jum li ma jista’ jinsa qatt, meta fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu u martu Helga saru ġenituri.
Biex jawguralu f’dan il-jum, Adrian qasam filmat flimkien ma’ ibnu waqt li jdoqqlu t-trumbetta. Kif tista’ ma tiggustax liċ-ċkejken Maximillian jitbissem u attent waqt li missieru jdoqqlu. Fl-aħħar jagħlaq b’mument ħelu billi jagħti bewsa lil ibnu fuq ħaddejh.
“Indoqq Happy Birthday to lil ibni. Illum għalaqt tliet snin. Inħobbuk immens! 04/01/2026,” jikteb Adrian.
Nawgurawlek Maximillian!
Facebook/ Adrian Irrussu Brincat