Bil-Filmat: "Indunajt Li Minix Tfajla Kwalunkwe… Mhux Ħa Jifhmu Mija Fil-Mija, Għax Mhumiex Fiż-Żarbuna Tiegħi" – Leon Bonnici

Waqt Illum ma’ Stef, Leon Bonnici ta’ 26 sena jitkellem dwar il-ħolma tiegħu li saret realtà, it-trasformazzjoni tiegħu għal dak li hu llum. Dak li verament hu.

Stephanie tkellmu dwar il-filmat li tefa’ fuq Tik Tok u li ħalla impatt kbir fuq il-midja soċjali fejn juri t-trasformazzjoni tiegħu tul is-snin. “Ta’ 11-il sena indunajt li minix tfajla kwalinkwe”, jibda jispjega Leon dwar tfulitu meta kien innota mill-ewwel li kien iħossu differenti minn sħabu bniet. Leon jispjega wkoll li qabel ma wasal għal din id-deċiżjoni finali, kien f’relazzjoni bħala lisbjana. 

Meta ħa d-deċiżjoni li jagħmel din it-trasformazzjoni għadda minn żewġ operazzjonijiet maġġuri, li ma kienu xejn faċli. “Mhix ħajja faċli li tgħix… mhix ċajta”, jispjega Leon waqt li jsostni li għad hawn min ma jifhimx biżżejjed is-sentimenti ta’ persuna u ma jirrispettax biżżejjed dak li verament iħoss ħaddieħor. Il-familjari u qrabatu aċċettawh mill-ewwel meta ħareġ fil-miftuħ dak li jħoss, “allaħares ma kinux huma.” 

Illum il-ġurnata Leon jispjega li qiegħed f’relazzjoni mat-tfajla tiegħu Brianne u jinsabu kuntenti immens. Leon jispjega li Brianne ukoll għaddiet minn trasformazzjoni minn tifel għal tifla, u jżid jgħid li ltaqgħu kumbinazzjoni mhux għax immira li jsib persuna transgender.

Minn qalbna ngħidulek li nammirawk tassew Leon u ċertament qed tgħin lil ħafna persuni oħra meta taqsam l-esperjenzi tiegħek! Ara aktar f’din l-intervista dwar l-istorja ta’ Leon u kif sab il-kunentizza li minn dejjem xtaq! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI