Il-kantant Glen Vella għadu kif żvela l-filmat tal-ġurnata taż-żwieġ tiegħu ma’ Sandro Zammit. Il-filmat jibda bi Glen jinstema’ jgħid il-kliem “Sa fl-aħħar wasalna”. Minn hemm jibdew l-aktar mumenti sbieħ u emozzjonanti tat-tieġ, fosthom il-mument taż-żwieġ u ż-żfin u l-kant li ġie wara.
“Int l-unika persuna li qatt ħabbejt u nħossni xxurtjat ħafna li ltqajt miegħek,” jgħid Sandro. Fil-mument tal-wegħdiet, Glen jgħid: “Jiġri x’jiġri bejnietna, għada jew mitt sena oħra, int dejjem tibqa’ l-persuna li fil-fond ta’ qalbi nibqa’ nħobb.” U Sandro jwieġeb: “Int għandek u jibqa’ jkollok post speċjali f’qalbi għal ħajti kollha.”
Fl-aħħar tal-filmat, jidhru l-kliem: “Ma tiżżewwiġx lil xi ħadd li tista’ tgħix miegħu, tiżżewweġ il-persuna li ma tistax tgħix mingħajrha.”
Facebook/Glen Vella